Ekonomija Lokali

Meta l-familji jinsabu magħfusa, jinħareġ kont ta’ aktar minn €1,600 datat tliet snin b’lura

L-Aġenzija tal-Gvern responsabbli mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-ARMS, qed tkompli tgħakkas lill-familji Maltin u Għawdxin f’nofs il-pandemija tal-Coronavirus u l-isfidi li din ġabet magħha.

Fosthom, mhux jonqsu l-isfidi ekonomiċi għal ħafna familji, b’pagi ridotti minħabba nuqqas ta’ sigħat u nuqqas ta’ bejgħ. U biex tkompli tiżdied il-pjaga, familja rċeviet kont ta’ aktar minn €1,600 datat tliet snin b’lura … kontijiet li rriżultaw minħabba kontijiet ħżiena lura fl-2017.

Il-mara spjegat li mill-perjodu oriġinali, il-familja rċeviet seba’ kontijiet. Madankollu, l-ARMS bagħtu dan il-kont partikolari issa minkejja li, skont il-mara, hi u żewġha għaddejjin minn perjodu b’pagi mnaqqsa.