Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Żagħżugħ ta’ 23 sena minn San Pawl il-Baħar sofra minn feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, li seħħ fi Triq Dun Karm għall-ħabta tas-1.15pm.

Fl-inċident kienu nvoluti mutur, tat-tip Royal Enfield, misjuq miż-żagħżugħ, u karozza tat-tip Vauxhall li kella xi ħsarat u kienet tinstab wieqfa fuq n-naħa ta barra ta’ l-istess triq u ċoé fil-karreġġjata tal-lemin.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħ. Aktar tard, hu ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.