Ambjent Internazzjonali

Tama ta’ ħajja f’numru ta’ sikek tal-qroll

It-tibdil fil-klima ħalla impatt kbir fuq numru ta’ sikek tal-qroll (coral reefs) wara li anki minħabba li t-temperaturi li għolew, inqerdu numru ta’ coral reefs mill-Great Barrier Reef qrib l-Awstralja. Il-ħajja hawnhekk inqerdet hekk kif dawn ir-reefs saru kompletament bojod, bil-ħajja minn ġo fihom kważi telqet għal kollox.

Tul din il-ġimgħa nħareġ rapport li l-istess sikek tal-qroll li għadhom ma ġewx milquta miż-żieda tat-temperaturi, qed joħolqu partiċelli ta’ ħajja ġdida li jifilħu anki l-baħar b’temperatura aktar sħuna.

Ix-xjentisti li ħadu sehem sa anki użaw kampjuni biex jaraw jekk il-ħajja tistax terġa’ tgħix fis-sikek tal-qroll fejn il-ħajja diġà nqerdet.

Il-Great Barrier Reef fl-2016 u l-2017 tilef 50% tal-ħajja tiegħu tul il-heatwaves li seħħew fis-sjuf rispettivi.