Basketball Internazzjonali Sport

Tikber l-ispekulazzjoni dwar x’wassal għat-tiġrif tal-ħelikopter ta’ Bryant

Għalkemm inħareġ rapport ta' 180 paġna, m'hemm xejn fiċ-ċert ta' x'wassal biex il-ħelikopter jiġġarraf

Mill-analiżi ta’ x’seħħ u x’wassal biex il-ħelikopter li fuqu kien hemm  il-leġġenda tal-NBA Kobe Bryant fl-età ta’ 41 sena, flimkien ma’ bintu u seba’ persuni oħra, rriżulta li l-pilota tal-ħelikopter la kien pożittiv għal alkoħol jew droga.

Rapport ta’ 180 paġna qal li r-raġuni li ngħatat li l-inċident seħħ minħabba ċ-ċpar għadha trid tiġi konfermata, bl-ispekulazzjoni li kienu ħsarat fil-ħelikopter li kkawżaw l-inċident tkompli tikber.

Il-mewta ta’ Bryant, li ħasdet lil bosta, kienet wasslet għal diversi messaġġi minn plejers tal-basketball. L-istilla Amerikana lagħab l-20 sena karriera ma’ Los Angeles Lakers fejn fosthom rebaħ ħames darbiet il-kampjonat NBA qabel irtira fl-2016.

F’April li għadda Kobe Bryant ġustament iddaħħal fil-Hall of Fame tal-Basketball Amerikan.