17 TA’ MEJJU 2008
Valletta ċċelebraw ir-rebħ tad-19-il kampjonat fl-istorja tagħhom bl-agħar mod b’telfa umiljanti ta’ 4-0 kontra Marsaxlokk. Dan kien l-ewwel kampjonat mirbuħ minn Valletta wara nuqqas ta’ seba’ snin, kampjonat li kien ukoll l-ewwel wieħed taħt l-era tal-President Victor Sciriha, li għadu fil-kariga sal-lum. Bir-rebħa li għamlu, Marsaxlokk qabżu lil Birkirkara u Sliema biex spiċċaw fit-tieni post fil-klassifika. F’artiklu tal-logħba fil-ħarġa ta’ il-mument l-għada tal-logħba, intqal li Valletta dehru demotivati u nieqsa mill-konċentrazzjoni u marru l-baħar wara li sofrew it-tieni gowl.
Marsaxlokk fetħu l-iskor wara 18-il minuta b’xutt preċiż u fil-baxx ta’ JAMIE PACE li għeleb lil Andrew Hogg. It-tieni gowl wasal wasal fil-71 minuta permezz tas-sostitut STEPHEN WELLMAN li dar ma’ Hogg u skorja minn angolu ristrett. Ix-Xlukkajri serrħu rashom mit-tliet punti ħames minuti wara b’xutt fil-baxx ta’ ALEKSANDAR MADZAR biex fit-83 minuta wasal ukoll ir-raba’ gowl. STEPHEN WELLMAN skorja t-tieni gowl tiegħu wara li kien żmarkat minn Julio Alcorse.
Għalkemm l-eluf ta’ partitarji ta’ Valletta li attendew f’Ta’ Qali kienu maħsuda, wara l-logħba raw lill-President tal-MFA Joe Mifsud jippreżenta t-trofew tal-kampjonat lill-captain ta’ Valletta Gilbert Agius.
//= $special ?>