Futbol Sport

Arsenal mistennija jikkastigaw lil Lacazette wara li nqabad jonfoh bużżieqa bin-nitrous oxide

(Ritratt: EPA)

It-tim tal-Premier League Arsenal qed jinvestigaw filmat li deher fuq il-midja soċjali dwar l-attakkant Franċiż, Alexandre Lacazette. F’dan il-filmat il-Franċiż deher b’bużżieqa f’ħalqu li allegatament kienet mimlija bin-nitrous oxide. Fi stqarrija Arsenal qalu li se jkunu qegħdin jittrattaw dan il-każ b’serjetà u se jkunu qegħdin jieħdu deċiżjonijiet dixxiplinarji fil-konfront tal-plejer.

Dain mhux l-ewwel darba li l-Franċiż inqabad jwettaq każijiet simili u lura fl-2018 flimkien ma grupp ta’ plejers oħra kienu nqabdu jwettqu dak li għamel Lacazette. Dakinhar Arsenal ma kinux ħadu azzjoni u kienu biss wissew lill-plejers tagħom. Dan l-istaġun, Lacazette skorja 9 darbiet f’26 partita fil-kompetizzjonijiet kollha qabel mal-futbol fl-Ingilterra ġie sospiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus.