Futbol Sport

Bayern ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-Bundesliga

(Ritratt: EPA)

Wara li fi tmiem din il-ġimgħa rritorna l-futbol fil-Ġermanja, permezz tal-Bundesliga, Bayern Munich żammew ikkonsalidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 2-0 fuq Union Berlin. Wara li kellhom gowl ta’ Muller ikkonvalidat minħabba offside, Bayern marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalty skorjat minn ROBERT LEWANDOWSKI. It-tim ta’ Hans-Dieter Flick kompla jiddomina l-pussess u fit-80 kien BENJAMIN PAVARD li ssiġilla r-rebħa b’daqqa ta’ ras.

Intant fl-ewwel partita li kellna llum, FC Köln u FSV Mainz 05 temmew fi draw ta’ 2-2. F’logħba mimlija azzjonijiet kienu FC Köln li fetħu vantaġġ doppju u kmieni fil-partita ngħataw penalty wara foul ta’ Moussa Niakhaté fuq Mark Uth. Kien l-istess UTH li nkariga ruħu mill-penalty u tefa’ lil FC Köln min fuq.

Tmien minuti mit-tieni taqsima FC Köln għamluwhom 2-0 wara xogħol tajjeb minn Dominick Drexler qassam lil FLORIAN KAINZ li kkonkluda fil-baxx b’daqqa ta’ ras. Fil-61 minuta bdiet ir-rimonta ta’ FSV Mainz 05 permezz ta’xutt preċiż minn TAIWO AWONIYI. FSV Mainz 05 ġabu d-draw fit-72 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ PIERRE KUNDE li għeleb lil Timo Horn.

Bundesliga

Ilbieraħ: Augsburg v Wolfsburg 1-2, Borussia Dortmund v Schalke 4-0, Fortuna Düsseldorf v Paderborn 0-0, Hoffenheim v Hertha Berlin 0-3, Leipzig v Freiburg 1-1, Eintracht Frankfurt v Borussia Mönchengladbach 1-3, Illum: FC Köln v FSV Mainz 05 2-2,  Union Berlin v Bayern Munich 0-2, Għada: Werder Bremen v Bayer Leverkusen 8.30pm