Coronavirus Futbol Sport

Everton se jagħtu l-flus lura lill-partitarji li xtraw il-biljetti għall-bqija tal-logħbiet

(Ritratt: EPA)

Il-klabb tal-Premier League Everton ħabbru li se jkunu qegħdin jagħtu l-flus lura lil dawk il-partitarji li xtraw il-biljetti għall-aħħar ħames logħbiet li kienu se jilagħbu f’Goodison Park. Dan ġie deċiż wara li l-bqija tal-partiti kollha tal-Premier League se jintlagħbu kollha wara bibien magħluqa minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Aktar kmieni Manchester City, Norwich u Brighton ukoll ħabbru li se jkunu qegħdin jagħtu l-flus lura lill-partitarji tagħhom. Wara li fi tmiem din il-ġimgħa rritorna l-Bundesliga numru ta’ kampjonati madwar l-Ewropa wkoll jidher li se jirritornaw u l-maġġoranza tagħhom ħadu d-deċiżjoni li ma jkunx hemm partitarji minħabb l-miżuri ta’ distanza soċjali.