Coronavirus Futbol Sport

Għada vot dwar it-taħrig fi grupp fil-Premier League

(Ritratt: EPA)

Il-Premier League jittama li ‘Project Restart’ jieħu pass il’ quddiem meta għada il-klabbs se jkunu qegħdin jivvutaw dwar jekk it-timijiet jirritornawx għal taħriġ fi grupp. Il-vot jgħaddi jekk 14 –il tim minn 20 jivvutaw favur il-protokoll tas-saħħa u b’hekk il-plejers ikunu jistgħu jirritornaw għat-taħriġ minn nhar it-Tlieta. Il-ġimgħa l-oħra, l-Gvern Ingliż ħabbar ir-ritorn tal-isport iżda qabel ma jirritorna l-futbol irid jiġi verifikat l-protokoll tas-saħħa.

Jekk jirritorna l-isport fl-Ingilterra, dan se jirritorna taħt numru ta’ miżuri stretti. Fost il-miżuri hemm li l-plejers se jkollhom t-tempretatura tad-deni ċċekjata b’mod regolari, regoli ta’ iġene stretti u m’hemmx użu ta’ showers. Massimu ta’ 5 plejers se jkunu jistgħu jkunu fl-istess żona ta’ taħriġ. Il plejers se jkunu ttestjati għall-coronavirus darbtejn f’ġimgħa. Il-proposta tal-Premier League li l-partiti jintlagħbu fi grawnd newtrali qed issib reżistenza min numru ta’ klabbs fl-Ingilterra.

‘Project Restart’ kie qed iħares lejn id-data tat-12 ta’ Ġunju biex jirritorna l-Premier League iżda issa jidher li jekk ma jkunx hemm żieda fil-każijiet fl-Ingilterra l-kampjonat jista’ jirritorna bejn id-19 u s-26 ta’ Ġunju. S’issa fir-Renju Unit kien hemm 240,161 każ ta’ coronavirus u 34,466 mewt.