Futbol Sport

Giovanni Tedesco jiċħad rapporti fil-midja Taljana dwar il-futur tiegħu ma’ Valletta

(Ritratt: vallettafc.net)

Il-kowċ ta’ Valletta, Giovanni Tedesco ċaħad rapporti fil-midja Taljana dwar il-futur tiegħu ma’ Valletta. Waqt il-program ‘Campania Football’fejn fih kienu mistednin ukoll il-kowċis Enzo Potenza ta’ Floriana u Andrea Ciaramella kowċ ta’ Ħamrun Spartans, il-kowċ ta’ Valletta ġie kkowtat jgħid li hu jħoss li “ċ-ċiklu tiegħi ma’ Valletta wasal fi tmiemu”.

Meta kien ikkuntatjat mill-programm Replay, Tedesco ċaħad dak li qalu ‘Campania Football’ dwar il-futur tiegħu u li ċ-ċiklu tiegħu jasal fi tmiemu f’pajjiżna jekk fl-aħħar tal-istaġun ma jilħaqx ftehim mad-diriġenti ta’ Valletta. Dan għaliex fi kliemu hu jkun laħaq il-quċċata tal-karriera tiegħu f’pajjiżna.

Tedesco tenna li d-deċiżjoni dwar il-futur tiegħu se jkun deċiż li wara l-laqgħa mad-diriġenti ta’ Valletta u jekk ma jintlaħaqx ftehim ikun lest li jirritorna lura f’pajjiżi. F’pajjiżna, Giovanni Tedesco kellu wkoll esperjenzi ma’ Floriana, Ħamrun, Birkirkara u Gżira.