Lokali

Il-faċċata tal-gazzetta “il-mument”

Il-gazzetta il-mument illum tagħti ħarsa dettaljata lejn l-intervista li saret ilbieraħ fuq Net TV mal-Kap tal-PN Adrian Delia.

Fil-paġni ta’ ġewwa, il-gazzetta tanalizza kif il-Maltin qed iħallsu l-ogħla prezzijiet għall-petrol u d-diesel.

Hemm ukoll analiżi dwar it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija u storja li tiffoka fuq il-Gozo Channel.

Fil-paġna ta’ wara, artiklu miktub mill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Mix-xena sportiva, naraw x’kien l-effett tal-ewwel partiti futbol li kellna ilbieraħ fil-Ġermanja, wara li ġew rilassati r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.