Huma Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Chris Cardona li jinsabu fuq quddiem nett għal dawk li l-iżjed fallew sessjonijiet tal-Parlament mill-bidu tas-sena l’hawn.
Dan ħareġ minn artiklu ippubblikat fuq il-gazzetta The Malta Independent on Sunday li jixref dawl fuq l-attendenza fil-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Membri Parlamentari.
Muscat attenda biss 26 sessjoni Parlamentari minn total ta’ 40 filwaqt li Mizzi kien preżenti għal biss 13 il-sessjoni Parlamentari.
Fost oħrajn illi fallew bosta sessjonijiet tal-Parlament hemm ukoll Silvio Grixti li kien skużat minn total ta’ 24 sessjoni, filwaqt li Manuel Mallia ġie skużat minn 14-il sessjoni.
Dan filwaqt li kien hemm ukoll membri min-naħa tal-Partit Laburista illi fallew ukoll seduti minħabba raġunijiet skużabbli għal xi xogħol tal-Gvern.
Infatti, bl-iżjed mod ironiku huma backbenchers min-naħa tal-bank tal-Gvern li l-iżjed fallew sessjonijiet parlamentari minflok jaqdu l-funzjonijiet leġiżlattivi tagħhom fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Min-naħa tal-PN ħadd ma falla iżjed minn sessjoni Parlamentari waħda mingħajr raġuni skużabbli filwaqt li huma tmienja li għadhom ma tilfux sessjoni Parlamentari waħda. Din il-figura tinkludi lil David Thake li attenda s-sessjonijiet kollha minn wara li ġie elett mill-elezzjoni każwali.
Ta’ min ifakkar illi dawk li ma jmorrux għall-Parlament mingħajr raġuni skużabbli, jeħlu multa ta’ 50 ewro.
//= $special ?>