Coronavirus Futbol Sport

Il-Kumitat tax-Xjenza u t-Tekonolġija fl-Italja ma japprovax li minn għada l-plejers jibdew jitħarrġu fi grupp

(Ritratt: News1English.com)

Il-Kumitat tax-Xjenza u t-Tekonolġija ma approvax li min għada l-plejers tas-Serie A jkunu jistgħu jittrenjaw fi grupp. B’hekk il-plejers kollha se jkollhom jibqgħu jittrenjaw fuq bażi individwali wara dan l-iżvilupp. Dan ġie mħabbar mill-Minister tal-Isport Taljan fejn qal li skond punt E fid-digriet li ħareġ il-Gvern Taljan ilbieraħ jgħid li jekk il-kumitat ma japprovax ċertu miżuri jibqgħu fis-seħħ il-miżuri li ġew approvati l-aħħar.

Il-plejers tas-Serie A setgħu jirritornaw għal taħriġ individwali mill-4 ta’ Mejju u kien propost li minn għada t-timijiet setgħu jitħarrġu fi grupp, deċiżjoni li ma ġietx approvata mill-Kumitat tax-Xjenza u t- Teknoloġija. Aktar kmieni Parma kkonfermaw li kellhom żewġ plejers li rriżultaw pożittivi għall-coronavirus. Intant fi Spanja minn għada t-timijiet tal-La Liga se jkunu jistgħu jirritornaw għat-taħriġ fi grupp ta’ mhux aktar minn 10 plejers.