Il-Kunsill Lokali tal-Fgura illum wara nofsinhar attenda virtwalment għas-smigħ tal-appell quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-futur tar-Razzett l-Antik li jinstab fi Triq Hompesch il-Fgura kantuniera ma’ Triq Bormla (Daħlet in-Niċċa l-Antika).
Fil-bidu tas-seduta, il-Kunsill insista li għandu jkollu l-opportunità sabiex jitressqu s-sottomissjonijiet neċessarji sabiex il-Bord tal-Appell ikollu quddiemu stampa ċara tal-importanza li għandu dan is-sit għall-Fgura.
Il-Kunsill Lokali jinnota b’sodisfazzjoni li l-bord aċċetta t-talba tal-Kunsill Lokali u infatti l-Kunsill ingħata żmien xahar sabiex formalment iressaq dawn is-sottomissjonijiet tiegħu.
Il-Kunsill Lokali tal-Fgura b’mod unanimu jerġa għal darb’oħra jwiegħed lir-residenti tal-Fgura li ser ikompli jiddefendi dan il-każ sal-aħħar sabiex nassiguraw li l-wirt tal-lokal jibqa’ jitgawda mir-residenti tal-Fgura.
Dan ir-razzett għandu importanza unika għal-lokalità peress li huwa l-aħħar sit tal-Fgura l-antika.
//= $special ?>