Wara li lbieraħ l-infermiera esprimew ix-xokk tagħhom għall-fatt li l-Gvern se jkun qed jirrilassa ċertu miżuri restrittivi, dalgħodu l-Prim Ministru uża l-media laburista biex iħabbar li se jiftaħ aktar stabbilimenti.
Ma nistgħux nagħtu aktar it-€800 lil kull impjegat
“Se niftħu ristoranti u hairdressers”, qal Robert Abela.
Il-Prim Ministru saħaq li għalih “in-numri tajbin, se niftħu r-ristoranti u nistgħu mmorru l-baħar”. Hu qatta’ 25 minuta sħaħ jitkellem waħdu fuq dan is-suġġett, b’mod tassew imqanqal, fil-bidu ta’ din l-intervista fuq is-Super One.
Minkejja ż-żieda fil-każi ta’ Covid-19 u l-fatalita’ li kellna matul il-ġimgħa, Robert Abela qal li “ma kellniex żieda fil-każi għaliex dawn kienu diġa’ hemm”.
Robert Abela qal ukoll li l-Gvern ma jistax jibqa’ jagħti €800 lil kull ħaddiem.