Coronavirus Futbol Sport

Inter iħabbru li t-testijiet tal-coronavirus ħarġu kollha negattivi

(Ritratt: EPA)

It-tim tas-Serie A, Inter ħabbru li t-testijiet kollha li saru fuq il-plejers u l-membri tal-staff b’rabta mal-coronavirus irriżultaw kollha fin-negattiv. Din l-aħbar ġiet komunikata minn Inter permezz tal-midja soċjali tal-klabb b’rabta mat-testijiet li saru nhar il-Ġimgħa.Minn għada t-timijiet kollha tas-Serie A jistgħu jibdew jitħarrġu fi gruppi wara li fl-4 ta’ Mejju l-Gvern Taljan ta l-permess lill-klabbs tas-Serie A biex jibdew jitħarrġu fuq bażi individwali.

Għalkemm għad m’hemmx data uffiċjali, jidher li l-kampjonat Taljan se jitkompla f’nofs ix-xahar id-dieħel wara li twaqqaf fid-9 ta’ Marzu li għadda. S’issa l-Italja kienet wieħed mill-għar pajjiżi fl-Ewropa li ntlaqtu mill-coronavirus meta ġew iddentifikat 224,760 każ u kien hemm 31,763 mewt.