Internazzjonali

Kuntenti bl-arrest ta’ protagonista fil-ġenoċidju storiku tar-Rwanda

Il-gruppi tan-ies li għexu mill-ġenoċidju tas-snin disgħin fir-Rwanda qalu li huma kuntenti bl-arrest ta’ raġel akkużat bħala protagonista wara l-qtil tal-massa storiku f’pajjiżhom.

Felicien Kabuga, li għandu 84 sena, spiċċa arrestat viċin ta’ Pariġi fejn kien ilu jgħix għal żmien taħt identità falza. Qed ikun allegat li Kabuga kien ‘is-sors ewlieni’ għall-iffinanzjar tal-kampanja qattiela li kienu mexxew l-estremisti tal-Hutu fir-Rwanda fl-1994.

F’dik is-sena partikulari, li tibqa’ sinonima ma’ wieħed mill-aktar kapitli suwed fl-istorja tal-Afrika, il-Hutu kienu massakraw xejn anqas minn 800,000 persuna ta’ nisel Tutsi fir-Rwanda.

Felicien Kabuga kien ilu s-snin meqjus bħala suspettat ewlenin fil-massakri tar-Rwanda. Fl-aħħar sigħat, kelliema għal grupp li jirrappreżenta lin-nisa tal-vittmi u gruppi oħrajn qalu li kull min salva mill-ġenoċidju ħa nifs twil għall-fatt li, sa fl-aħħar,  għandha ssir il-ġustizzja ma’ Kabuga.

Fl-1997, it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda kien akkuża lil Felicien Kabuga b’seba’ reati relatati ma’ ġenoċidju u reati kontra l-umanità.