Internazzjonali

L-ambaxxatur Ċiniż għall-Iżrael instab mejjet f’daru

L-ambaxxatur Ċiniż għall-Iżrael, Du Wei nstab mejjet dalgħodu f’daru stess f’Herzliya. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħħa dwar dan.

Du Wei kellu 58 sena u hu miżżewweġ u missier ta’ tifel. Madanakollu, familtu ma kinux jgħixu miegħu. Hu beda jaħdem f’din il-pożizzjoni f’Jannar li għadda. Qabel kien ambaxxatur tal-Ukraina.

Ftit ġranet ilu Du Wei kien kiteb artiklu fuq The Jerusalem Post dwar ir-reżiljenza ta’ bejn Ċiniżi u Israeli l-istess.

Għad mhux magħruf x’ikkawża l-mewt ta’ Du Wei.