“L-ekonomija aktar importanti mill-fidi?”
Għada l-Arċisqof Charles J. Scilcuna u l-Isqof t’Għawdex Mario Grech ser ikunu qed jiltaqgħu mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne sabiex jiddiskutu t-triq ‘il quddiem għall-Knisja Kattolika f’pajjiżna.
Dan ħabbru l-Arċisqof Scicluna stess fuq il-midja soċjali ta’ Twitter, fejn spjega li għada fis-6pm ser ikunu qed jiltaqgħu mad-Deputat Prim Ministru.

Dan wara reazzjoni tal-pubbliku għad-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela fejn filwaqt li saħaq li matul il-ġimgħa d-dieħla ser ikunu qed jerġgħu jinfetħu r-ristoranti u hairdressers b’kull miżura meħtieġa sabiex tiġi salvagwardata s-saħħa tal-pubbliku, bosta saħqu li hekk ukoll jistgħu jiftħu mill-ġdid il-bibien tal-knejjes tagħna.
Bosta għamlu l-mistoqsija jekk għall-Gvern l-ekonomija hija aktar importanti mill-fidi.