Lokali

Mara tittieħed l-isptar wara li żviluppa nar f’dar fiż-Żurrieq

Mara kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li żviluppa xi nar f’kamra tas-sodda fiż-Żurrieq.

Il-każ seħħ ftit wara s-6:00pm f’residenza li tinsab fi Triq Santa Katerina.

Fuq il-post ġew msejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ikkontrollaw in-nirien u tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.