Lokali

Raġel jaqa’ f’ġiebja f’San Ġiljan

Ritratt: Arkivji

Fl-aħħar ħinijiet jidher li għal xi raġuni mhux magħrufa, raġel waqa’ f’ġiebja f’residenza fi Triq Lapsi, San Ġiljan.

Minn informazzjoni li waslitilna jidher li l-pulizija ġew infurmati għall-ħabta tat-8 ta’ dalgħodu u bħalissa għaddejja operazzjoni biex ir-raġel jittella’.

Fil-post hemm numru ta’ pulizija, tim mediku u membri tal-protezzjoni ċivili.

Skont informazzjoni li kiseb Net News, jidher li r-raġel li waqa’ irraporta li tnejn minn sħabu kinu waqgħu fl-istess ġiebja. L-ewwel raġel ħareġ iżda kienet qed issir tfittxija għat-tnejn l-oħra li ma nstabux.

Fl-aħħar ħinijiet dawn instabu fir-residenza tagħhom u mhux fil-ġiebja.

Il-persuni involuti huma ta’ nazzjonalita barranija.