Edukazzjoni Lokali

Reazzjonijiet pożittivi minn edukaturi għall-konferenza organizzata mill-PN dwar l-edukazzjoni

Reazzjonijiet pożittivi minn diversi edukaturi u esperti involuti fil-qasam edukattiv għall-konferenza organizzata mill-Partit Nazzjonalista dwar l-isfidi tal-edukaturi wara l-pandemija.

Il-Lettur u eks Dekan tal-Fakulta tal-Edukazzjoni il-Professur Sandro Caruana stqarr li jinsab diżappuntat ferm bit-“Think tank” li ħoloq il-Ministru Owen Bonnici.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-MUT Marco Bonnici irringrazzja lill-Partit Nazzjonalista ta’ din id-diskussjoni, kif ukoll lill-edukaturi tax-xogħol kbir illi qed jagħmlu.

Il-Professur Carmel Borg, Lettur u eks Dekan tal-Fakulta tal-Edukazzjoni tal-Universita ta’ Malta tkellem dwar l-importanza li nippreparaw ruħna bis-serjetà għas-sena skolastika li jmiss.

Ipparteċipat ukoll Glorianne Borg Axisa, President tal-Għaqda tal-Ġenituri.

Fr Charles Mallia, Direttur tal-iskejjel tal-knisja fi ħdan is-segretarjat għall-edukazzjoni nisranija, tkellem dwar l-importanza ta’ pjan għall-futur.

Kelliem ieħor kien Kenneth Vella, Kap ta’ skola, membru tac-Church Schools Association u awtur ta’ diversi artikli dwar l-edukazzjoni.

Ħadet sehem ukoll il-President tal-iskejjel indipendenti Sue Midolo.

Il-konferenza kienet ko-ordinata mid-deputat Nazzjonalista Clyde Puli, u ingħalqet b’messaġġ mill-Kap tal-PN Adrian Delia.