Formula 1 Sport

Toto Wolff jgħid li Mercedes jinsabu kkonċentrati fuq l-istaġun li ġej

(Ritratt: EPA)

It-Team Principal ta’ Mercedes, Toto Wolff qal li minkejja li aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm xi tibdil fis-sewwieqa bejn il-Ferrari u l-McLaren it-tim tiegħu jinsab iffukat fuq l-istaġun li ġej. Ferrari ħabbru aktar kmieni li Vettel kien se jħalli lit-tim Taljan fi tmiem dan l-istaġun filwaqt li akkwistaw lil Carlos Sainz.

Wolff qal li l-idea li Vettel jissieħeb ma’ Mercedes hija waħda tajba iżda kkonċeda li Sebastian Vettel għad fadallu sal-aħħar ta’ dan l-istaġun ma’ Ferrari. Dan qalu fid-dawl li s-sewwieqa preżenti ta’ Mercedes, Lewis Hamilton u Valetteri Bottas jiskadilhom il-kuntratt fi tmiem dan l-istaġun iżda xorta ċaħad li jiżvela l-ħsibijiet ta’ Mercedes dwar x’akkwisti jistgħu jagħmlu.

Wolff kompla jfaħħar lil Vettel u qal li jekk Mercedes jirnexxilhom il’quddiem jakkwistaw lis-sewwieq Ġermaniż din tista’ tgħinhom b’mod finanzjarju. Hu teemm billi qal li għalissa, it-tim qed jaħseb dwar il-futur tas-sewwieq żagħżugħ George Russell u tenna li l-kwistjoni Vettel-Mercedes fil-preżent m’hijiex prijorità.