Lokali

Żagħżugħ arrestat wara sejba droga

Żagħżugħ minn Bormla ġie arrestat b’rabta ma’ pussess u traffikat ta’ droga wara investigazzjoni mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga.

Wara ġimgħat ta’ osservazzjoni tard is-Sibt filgħaxija uffiċjali tal-Pulizija waqqfu vettura fi Triq il-Baċir, Raħal Gdid li kienet qed tinstaq mill-Bormliż ta’ 22 sena.

Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuq ir-raġel, il-Pulizija sabet sustanzi suspetti droga eroina u kokaina lesti sabiex jiġu traffikati, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti. Ir-raġel ġie arrestat u ttieħed fil-lockup ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.