Internazzjonali Knisja Lokali

100 sena mit-twelid tal-Papa Ġwanni Pawlu II

Id-dinja llum qed tfakkar il-100 sena mit-twelid tal-Papa Ġwanni Pawlu II… Papa, illum qaddisa, li jibqa’ mniżżel fl-istorja bħala l-figura li mexxa lill-Knisja Kattolika lejn it-tielet Millennju.

Karol Wojtyla twieled il-Polonja fit-18 ta’ Mejju tal-1920 u miet fit-2 ta’ April tal-2005. Hu kien it-tieni l-iktar Papa li kellu pontifikat twil, li dam kważi 27 sena.

Dan il-Papa kien protagonist f’numru ta’ riformi li biddlu l-istorja tal-Ewropa wara l-era tal-Gwerra Bierda. Huwa kien il-Papa li ġġieled kontra l-komuniżmu, bidel l-istrutturi tal-Vatikan u kompla jkabbar u jiżviluppa numru ta’ kunċetti soċjali.

Ġwanni Pawlu II kien l-aktar mexxej dinji li żar pajjiżi – 129 pajjiż b’kollox. Tul il-pontifikal tiegħu huwa ddikjara 483 qaddis fosthom il-Malti San Gorg Preca…. u 1,340 beatu fosthom Adeodata Pisani u Nazju Falzon.

Fl-1 ta’ Mejju tal-2011 Ġwanni Pawlu II kien iddikajat Beatu mill-Papa Benedettu XVI…. u fis-27 ta’ April tal-2014 kien dikjarat qaddis mill-Papa Franġisku.

Ġwanni Pawlu II żar pajjiżna uffiċjalment darbtejn, f’Mejju tal-1990 u f’Mejju tal-2001.Illum, Ġwanni Pawlu II hu meqjus bħala simbolu dinji…. li l-lezzjonijiet tiegħu huma wirt għall-umanità.