Coronavirus Lokali

5 każijiet pożittivi ġodda, 2 imfejqa

Fost il-każijiet ġodda hemm anzjan ta' 97 li kien l-isptar Karin Grech

Fl-aħħar sigħat saru 1,017 test, li minnhom inħarġu 5 każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna.

Tul il-bulettin mediku il-Professur Charmaine Gauci qalet li ġew mfejqa 2 persuni oħra u b’hekk it-total ta’ każijiet ta’ każijiet attivi huwa ta’ 96.

In-numru ta’ każijiet pożittivi li nstabu s’issa huwa ta’ 558.

Il-każijiet li nstabu s’issa huma dawn:

Anzjan ta’ 97 sena li kien l-Isptar Karin Grech. Hu għandu kundizzjonijiet mediċi iżda bħalissa jinstab stabbli. Qed isir testing fis-sala, kemm tal-pazjenti u tal-ħaddiema.

Barrani ta’ 58 sena li kellu bżonn imur l-emerġenza għal xi ħaġa separata.

Healthcare worker li taħdem f’ward fejn kien hemm numru ta’ każijiet oħrajn tal-virus.

Żagħżugħa ta’ 24 sena ta’ nazzjonalità barranija li taħdem bħala carer f’ward fl-Isptar Mater Dei. Hi ma kellha l-ebda sintomi u nqabdet permezz tal-iscreening.

Raġel ta’ 42 sena li minkejja li ma kellux sintomi hu ħareġ pożittiv.