Lokali

Anzjana ssofri feriti wara nar f’residenza fiż-Żurrieq

Anzjana ta’ 75 sena ġarrbet feriti gravi wara li żviluppa nar fiż-Żurrieq. In-nar beda minn sigarett.

Il-pulizija qalu li l-inċident seħħ f’dar fi Triq Santa Katerina. Jidher li n-nar żviluppa f’kamra tas-sodda minn sigarett għall-ħabta tas-6pm tal-bieraħ. Mal-anzjana kien hemm anzjana oħra li wkoll għandha 75 sena.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien u tim mediku sabiex jassistu liż-żewġ anzjani.

Iż-żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard, waħda minn nisa ġiet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi filwaqt li l-oħra ma sofrietx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.