Lokali Qorti

Arrestata persuna b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ residenza

Raġel ta’ 44 sena, residenti l-Gżira, mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara investigazzjoni mill-Pulizija b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ bieb ta’ residenza f’Ħal Luqa. 

Investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u dawk mid-Distrett ta’ Ħal Luqa, wasslu sabiex ġie identifikat r-raġel li allegatament wettaq dan ir-reat. 

 Dan il-każ kien seħħ fi Triq il-Wilġa, Ħal Luqa fid-19 ta’ Diċembru  2019 għall-ħabta tat-3:30am, kien seħħ attentat ta’ ħruq ta’ bieb ta’ residenza privata. Dak il-ħin fuq ġewwa tar-residenza kien hemm xi persuni. Fortunatament ħadd ma wegga’.