Lokali

Il-gvern għandu jipproteġi n-niċeċ tal-artiġġjanat

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici sostna li l-gvern għndu jipproteġi n-niċeċ tal-artiġġjanat

Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li dan is-settur għandu jkun trattat bi prijorità u sostna li l-artiġġjanat irid jiġġieled f’suq li għalih mhux mibni għaliex il-prodotti li jsiru ma jsirux bi produzzjoni tal-massa iżda bi snajja partikolari. L-artiġġjanat se jkun l-ewwel settur li se jbati meta Malta toħroġ minn din il-pandemija.

Id-deputat Nazzjonalista qal li din hi liġi nieqsa minn saħħa biex tikkumbatti għat-territorju tagħha u għaliex mhix tikkunsidra liġijiet oħra li qed jipprovaw jipproteġu l-artiġġjanat fil-pajjiż.

Il-liġi qed tares lejn l-artiġġjant bħala ħaddiem li jidħol għall-profitt meta fil-fatt ħafna minn dan ix-xogħol qed isir bla ebda skop ta’ profitt. Jeħtieġ li jsir elenku tal-artiġġjanat u ssir il-protezzjoni meħtieġa minħabba li ħafna artiġġjanat illum m’għadux mitlub mill-popolazzjoni.

Hu semma’ d-diffikultajiet tal-prodotti importati f’Malta u qal li din il-liġi qed tipprova tivvinta l-istorja li diġà tinsab hemm. Il-Gvern għandu jipproteġi lil dawn in-niċeċ; bil-kunċett tal-aspett soċjali fis-suq mhux biss bil-kooperattivi iżda billi l-gvern jintervjeni biex jgħin.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jipprferi l-artiġġjanat mill-block chain għaliex l-artiġġjanat hu prodott Malti.