Internazzjonali

Imut l-attur Fred Willard

Il-Ġimgħa tħabbret il-mewt tal-attur Fred Willard li kellu 86 sena.

Willard se jibqa’ magħruf l-aktar għall-irwol ta’ John Forrester li interpreta fi ‘Beautiful’ u Frank f’Modern Family.

Huwa ħadem ukoll f’Best in Show u kien magħruf bħala dak l-attur li b’xi mod jew ieħor iġib imqar tbissima fuq dawk li jkunu qed isegwu xi produzzjoni li fiha ħadem hu.