Internazzjonali

Jiġġarraf ajruplan militari Kanadiż; iħalli persuna mejta

Ajruplan tal-Forzi tal-Ajru tal-Kanada ġġarraf fuq zona residenzjali fil-Kanada, b’dan l-inċident iħalli minn tal-anqas persuna mejta.

L-inċident seħħ waqt li kienet qed tingħata tislima lil dawk kollha li qed jiġġieldu l-imxija tal-Covid-19.

Il-vittma hija Jennifer Casey u tul l-istess titjira, il-pilota Richard MacDougall, li kien qiegħed isuq ajruplan ieħor, weġġa’, u qed isofri feriti gravi wara li rnexxielu joħroġ mill-ajruplan qabel ma’ dan iġġarraf.

Il-Forzi tal-Ajru The Snowbirds li huma mqabbla mar-Red Arrows kienu għadhom kemm bdew it-titjira meta seħħ l-inċident.

Tags