Futbol Sport

Jispikka Havertz f’rebħa għal Bayer Leverkusen

(Ritratt: EPA)

Bayer Leverkusen żammew ir-ritmu mat-timijiet ta’ fuqhom b’rebħa mill-aqwa ta’ 4-1 kontra Werder Bremen, tim li qed isibha diffiċli biex iżommu postu fil-Bundesliga. B’hekk intemmet is-26 ġurnata ta’ dan il-kampjonat fir-ritorn tiegħu wara waqfa ta’ madwar xahrejn minħabba l-Covid-19.

Kai Havertz fetaħ l-iskor wara 28 minuta b’daqqa ta’ ras mill-kaxxa ż-żgħira iżda Theodor Gebre Selassie ġab id-draw żewġ minuti wara meta kompla għal ġewwa minn korner ta’ Bittencourt. Bayer Leverkusen reġgħu marru minn fuq fit-33 minuta b’daqqa ta’ ras oħra ta’ Kai Havertz, din id-darba wara free-kick mil-lemin. Mitchell Weiser kompla jkabbar il-vantaġġ fil-61 minuta b’daqqa ta’ ras mill-viċin biex Kerem Demirbay issiġilla r-rebħa wara li qabbeż fuq Jiri Pavlenka.

Klassifika wara 26 ġurnata; B. Munich 58 punt, B. Dortmund 54 punt, B. Mönchengladbach           52 punt, Leipzig 51 punt, B. Leverkusen 50 punt, Wolfsburg 39 punt, Freiburg 37 punt, Schalke 37 punt, Hoffenheim 35 punt, Cologne 33 punt, H. Berlin 31 punt, U. Berlin 30 punt, E. Frankfurt 28 punt, Augsburg 27 punt, Mainz 27 punt, F. Düsseldorf 23 punt, W. Bremen 18-il punt, Paderborn 17-il punt. *Eintracht Frankfurt u Werder Bremen għandhom logħba anqas

Bundesliga

W. Bremen v Bayer Leverkusen 1-4