Coronavirus Lokali Saħħa

L-aġġornament tas-Supritendent tas-Saħħa mhux se jibqa’ jsir kuljum

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li pajjiżna bħalissa jinsab għaddej minn perjodu ta’ transizzjoni fejn l-awtoritajiet tas-saħħa qed jibqgħu isegwu l-andament tat-tixrid tal-Covid-19 u fl-istess waqt jaraw x’inhuma dawk il-miżuri li jistgħu jillaxkaw.

Il-Professur Charmaine Gauci sostniet li l-aġġornamenti li qabel kienu jsiru ta’ kuljum, issa se jibdew isiru tliet darbiet fil-ġimgħa: it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa. Dan anki sabiex il-ġurnalisti jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom.

Hija qalet li n-numru ta’ każijiet ġodda xorta se jibqa’ jingħata kuljum fuq is-siti elettroniċi tal-awtoritajiet tas-saħħa kif ukoll fuq il-mezzi tal-media soċjali.