Coronavirus Lokali Turiżmu

L-MHRA trid li fis-sajf jinfetaħ l-ajruport

Permezz ta’ stqarrija l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-ristoranti (MHRA) qalet li trid li fis-sajf jinfetaħ is-sajf u tenniet li s-settur turistiku spiċċa ħa daqqa kbir b’kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

Huma qalu li jekk dan ma jsirx ħafna se jispiċċaw bla xogħol mingħajr ebda raġuni. L-MHRA qalet li s-settur turistiku m’għandux għalxiex iżomm il-ħaddiema u infatti l-operaturi jekk is-sitwazzjoni tibqa’ hekk jistgħu jagħtu s-sensji u jimpjegaw mill-ġdid impjegati oħra lejn żmien l-Għid tal-2021.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-ristoranti irikonoxxiet l-isforzi li qed isiru tal-mod kif s’issa ġiet ikkontrollata l-pandemija f’pajjiżna u tenniet li fuq perjodu ta’ żmien qasir ħafna l-ekonomija wasslet għal waqfien mhux mistenni minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

L-MHRA qalu l-impatt li l-Covid-19 ħalla fuq Malta huwa kbir, f’kull settur.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li kull ġurnata li tgħaddi, il-Gvern qiegħed iħallas €330 miljun fix-xahar biex iżomm in-nies id-dar.