Lokali Parlament

Problema kbira ta’ droga u alkoħol f’Għawdex

F’Għawdex teżisti problema kbira ta’ droga u alkoħol tant li kważi dawk li ma jieħdux droga huma kkunsidrati bħala mhux normali.

Is-sitwazzjoni tas-servizzi relatati mad-droga kienu diskussi f’laqgħa oħra tal-Kumitat Parlamentari għal Għawdex li fih ippareteċipaw id-deputat Nazzjonalisti Chris Said u Kevin Cutajar u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Noel Scerri, il-Kap Eżekuttiv tal-Oasi, qal li l-kokaina saret problema enormi f’Għawdex; waqt li qabel kienet l-eroina l-problema ewlenija. Fl-2019 kien hemm nofs il-persuni li għamlu kuntatt mal-Oasi li kellhom edukazzjoni sekondarja waqt li 16% attendew ukoll l-università.

L-abbuż tad-doga u l-alkoħol hu wieħed kbir, sostna Noel Scerri, li kompla li l-effett fil-perjodu tal-COVID 19 naqas. Hu qal li filf-att fil-perjodu tal-COVID 19 daħlet biss persuna waħda għall-kura.

Is-CEO tal-Oasi kompla li l-problema soċjali li kienu jeżistu Malta llum jeżistu f’Għawdex u sostna li l-konnessjonijiet saru komuni. L-abbuż tal-alkoħol żdied fejn in-nies li jidher li għadhom problema ta’ kokaina fil-fatt ikollhom problema ikbar ta’ alkoħol, li hu aċċessibbli daqs il-kokaina għax hu ‘droga legali’.

Hu kompla li f’Għawdex saret normali li jsiru parties bid-droga fi tmiem il-ġimgħa; “kważi kważi ma tkunx normali jekk ma tieħux droga”. Oasi, Sedqa, Caritas u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikatrija kkundannaw l-introduzzjonijiet tad-droga rikreattiva għaliex id-droga ma tista’ u m’għandha qatt tkun mezz ta’ rikreazzjoni.

L-Oasi qed tipproponi proposti dwar id-distribuzzjoni tal-methadone lill-20 persuna li jieħduha Għawdex biex din tibda titqassam fid-djar biex b’hekk ikun evitat il-kuntatt barra d-detox.

Hemm numru ta’ Maltin li jitolbu servizz residenzjali iżda minħabba l-istigma qed jonqsu milli jmorru għal dawn is-servizzi. Fil-fatt uħud mill-Maltin bi problema jmorru Għawdex għal dawn is-servizzi.

Hu tkellem dwar iż-żgħażagħ fejn l-Oasi qed tipproponi li permezz ta’ youth workers isiru studji tal-kambjamenti li qed jesperjenzaw iż-żgħażagħ minħabba li d-dinamika qed tinbidel.

L-Oasi qed issibha diffiċli ssib ħaddiema biex jaħdmu magħha għaliex hemm nies li jippreferu jibqgħu jaħdmu Malta. Jeħtieġ jissaħħaħ ukoll is-servizz ta’ appoġġ fil-komunità wara l-kura.

Il-kumitat tratta wkoll problemi fis-saħħa mentali f’Gaħwdex minħabba l-COVID 19 fejn Janet Falzon, il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni Medika Għawdxija u t-Tabib Anton Grech trattaw is-sitwazzjoni preżenti

Saviour Grech, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-NGOs Għawdxin, qal li l-Assoċjazzjoni ma tħossx li l-gvern kien proattiv biżżejjed għal dan is-settur iżda wara intervent is-settur kien inkluż fil-pakkett finanzjarju. Minkejja dan ma ntlaqtux numru kbir ta’ għaqdiet