Futbol Sport

#stayhomereplay illejla edizzjoni speċjali fid-9.00pm | Mistiedna Jesmond Abela, Michael Valenzia u Konrad Sultana

Illejla, fid-9.00pm fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook, se tixxandar edizzjoni speċjali ta’ #stayhomereplay, il-programm awdjo-viżwali ta’ fuq il-media soċjali ta’ Replay, dwar il-futbol lokali. Illum il-programm, ippreżentant minn Christian Micallef, se jiddiskuti d-deċizjoni tal-Eżekuttiv tal-MFA, li l-Kampjonat Premier u l-FA Trophy 2019/20 ma jitkomplewx sforz tas-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna, minħabba t-tixrid tal-COVID-19.

Il-mistiedna fil-programm tal-lum se jkunu:

Jesmond Abela (Tim Manager ta’ Hibernians)

Michael Valenzia (Viċi President ta’ Birkirkara)

Konrad Sultana (Opinjonista ta’ Replay)