Il-Kumitat Tekniku u Xjentifiku approva l-protokoll mediku tal-FIGC u l-Lega Serie A biex it-timijiet ikunu jistgħu jitħarrġu fi gruppi. Il-protokoll il-ġdid għandu jagħti direzzjoni li jiġi evitat l-irtir obbligatorju ta’ ġimagħtejn tal-grupp kollu fiċ-ċentru sportiv. Biex jiġi assigurat li l-gruppi jibqgħu sani, se jingħataw frekwentament swabs lill-plejers bil-quddiem.
F’każ li jkun hemm xi ħadd pożittiv, il-plejers jiġu iżolati f’darhom filwaqt li l-kumplament tal-grupp jagħmel kwarantina ta’ ġimagħtejn fiċ-ċentru sportiv tagħhom. L-eżamijiet se jsiru tlett ijiem qabel il-bidu tat-taħriġ fi grupp, dakinhar tat-taħriġ u darba kull erbat ijiem.
//= $special ?>