Coronavirus Lokali

Coronavirus f’pajjiżna: Il-każi attivi jerġgħu jaqbżu l-100

Il-każi attivi ta’ Coronavirus f’pajjiżna reġgħu qabżu l-100, hekk kif fl-aħħar sigħat kienu rrappurtati pożittivi 11-il persuna oħra. Dawn irriżultaw minn 1,519, bit-total tal-każi pożittivi jitilgħu għal 569.

Fl-aħħar sigħat, irriżulta wkoll li fiequ erba’ persuni oħra, bit-total ta’ persuni li fiequ b’hekk jitla’ għal 460.

Għaldaqstant, meta wieħed jeskludi lil dawk li fiequ u lis-sitt persuni li, sfortunatament tilfu ħajjithom, il-każi attivi telgħu għal 103.