Lokali

“Ibqgħu qrib ir-residenti” – Adrian Delia lill-Minority Leaders

“Il-Kunsilliera Lokali għandhom jibqgħu f’kuntatt kontinwu mar-residenti tal-lokalitajiet rispettivi, sabiex jiqgħu iħossu l-polz ta’ dawk li jgħixu fil-belt jew ir-raħal tagħhom”.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal dan waqt laqgħa ma’ għadd ta’ minority leaders tal-Partit Nazzjonalista f’diversi Kunsilli Lokali f’pajjiżna, bħala parti minn sensiela ta’ laqgħet fil-qasam tal-Kunsilli Lokali.

L-iskop ta’ din il-laqgħa kienet sabiex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jkun jista jifhem aktar x’inhuma d-diffikultajiet li qed isibu ma’ wiċċhom il-kunsilliera tagħna.

Adrian Delia rringrazzja mhux biss lill-minority leaders li jirrappreżentaw lill-PN fil-Kunsilli Lokali izda anke lil għadd ta’ kunsillieri oħrajn tax-xogħol li jwettqu minkejja li mill-minoranza. Adrian Delia kompli billi ħeġġIġhom ikomplu jaħdmu w ma jaqtgħux qalbhom mill-isfidi li jistgħu isibu ma wiċċhom.

Min-naħa tagħhom, il-Minority Leaders li hadu sehem fid-diskussjoni tkelmu dwar numru ta’ problemi li qeghdin iħabbtu wiċċhom magħhom tul il-ħidma tagħhom. Huma esrpimew il-frustrazzjoni tagħhom għall-arroganza tal-Gvern fost oħrajn meta jidħol jagħmel xogħolijiet fil-lokalitajiet mingħajr ħadd ma jkun jaf, inkluż Sindki u Kunsillieri Laburisti.

 Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista awgura iktar ħidma f’dan il-qasam tant importanti u tant għall-qalb il-Partit Nazzjonalista.

Jakkumpanjaw lil Adrian Delia f’din il-laqgħa kien hemm il-Viċi Kap għall-ħidma fil-Parlament David Agius,  id-Deputat Karl Gouder, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali u l-Kordinatur tal-Partit għall-Kunsilli Lokali Charles Bonello.