Lokali Saħħa

“Il-flus u d-divertiment b’xi mod nerġgħu nġibuhom lura, imma m’hemm l-ebda mod kif inqajmu lil min jista’ jmut” – Tabib lokali

“Xorta għad hemm ir-riskju li timirdu bil-Covid-19”

It-tabib tal-familja Kenneth Vassallo għamilha ċara lill-pazjenti tiegħu biex ma jgħaġġlux u jibqgħu jżommu l-attenzjoni minkejja li l-Gvern qed jnaqqas il-miżuri waqt li pajjiżna qed iħabbat wiċċu mal-kriżi tal-Covid-19, “Ma rridux ngħaġġlu, għax l-affarijiet jistgħu jaggravaw f’daqqa”.

Huwa sostna li importanti li nagħtu ċans ħalli naraw kemm ħa jiżdiedu il-każijiet f’dawn il ġranet li ġejjin, b’indirizz b’mod speċjali għal dawk il-persuni li qed jitqiesu bħala persuni vulnerabbli fosthom il-persuni li għandhom ‘il fuq minn 65 sena u mard kroniku.

https://www.facebook.com/DrKennethVassallo/posts/2964460980310595?xts%5B0%5D=68.ARAAGJNhar9OWpa7VQHL9adSFeigxXas6v1RbS4mRZu00sXCBE3VKQqLWrL2iyNgkufKCETzwcJhe6q—8vZPvoatFB3LQh1hMq1CZcYbFtvio0IMvJSz84AqNKHld6Ppi8jMhJrCH5wHnhhdYKZtOU-c2rML7zjhfS4pzhsAic4DUMryVClLHwvJSrSx7PqreNPU9lEW9T1RkcEq2GmZmXT0KIl95pR3NdT1ZpJxvqRuqg8IeyU7PuP6SDD5COVW-f1zM-KcwCA1V7e9UZSmImAUbHY2d4PcrQUY4KHx2MN-rOLuSyWuTtD8GfhigZLUUgcQl9CaTfoOivPWSDzQ&tn=-R

It-tabib appella sabiex dawn in-nies jibqgħu kemm jista jkun ġewwa u fakkar li, “il-flus u d-divertiment b’xi mod nerġgħu nġibuhom lura, imma m’hemm l-ebda mod kif inqajmu lil min jista’ imut”.

Dan kollu fid-dawl li minn nhar il-Ġimgħa ser ikunu qed jinfetħu r-ristoranti, lukandi, hairdressers eċċ.

Huwa sostna li minkejja n-nies ġew mħeġġa sabiex joħorġu dawn il-persuni meqjusa vulnerabbli, jekk ikollhom verament bżonn joħorġu, għandhom jevitaw postijiet fejn ikun hemm ħafna nies u joħorġu biss bl-ilbies protettiv.