Lokali

“Il-Gvern bi proposti kożmetiċi” – Repubblika

Il-Gvern ta’ Robert Abela qed jippreżenta biss proposti kożmetiċi għall-Kostituzzjoni f’xhieda ċara li qed jipprova jaħrab mir-rakkomandazzjonijiet li sarulu mill-Kummissjoni Venezja.

Hekk iddikjarat l-ghaqda tas-socjeta’ civili Repubblika, f’konferenza tal-aħbarijiet virtwali, li matulha kien ipprezentat dokument bil-pożizzjoni taghha dwar ir-Riforma Kostituzzjonali.

Il-kelliema ta’ Repubblika appellaw lill-Gvern biex jagħmel konsultazzjoni wiesgħa mas-soċjetà ċivili kollha kemm hi.

Repubblika qalet li l-problema tal-impunità, li pajjiżna għadda minnha fl-aħħar xhur tas-sena li għaddiet, għadha hemm.

Bħala eżempju, saret referenza għall-għażla tal-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, b’Repubblika ittenni li l-Prim Ministru Abela xorta żamm f’idejh l-għażla finali għat-tmexxija fil-Korp.