Lokali Parlament

Il-gvern qed jibgħat messaġġi konflinġenti

Arkivji

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li f’dan il-mument, il-gvern qed jibgħat messaġġ konflinġenti.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li teżisti probabbiltà li quddiem negozji li qed ifallu għandu jkun garanziji biex il-ħaddima ma jispiċċawx vittma u bla paga jekk ikun hemm sekwestru fuq in-negozju tagħhom.

Jeħtieġ li jkun hemm il-liġijiet biex ma jfallux negozji. Il-PN għamel diversi proposti fosthom it-tnaqqis tal-petrol u d-diesel u biex l-ekonomija terġa’ tqum biex is-settur kummerċjali joħloq l-impjiegi b’pagi aħjar.

Edwin Vassallo tkellem dwar il-governanza tajba u appella għall-konsistenza f’perjodu fejn il-gvern qed ikunu inkonsistenti. Hu kompla li fis-settur tas-saħħa l-gvern qed iċajpar il-verità u appella biex il-gvern ma jibgħatx iktar messaġġi konflinġenti u attakki.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li n-negozji jridu jaraw lill-konsumaturi joħorġu mid-dar bla biża’. Il-Prim Ministru qed jibgħat messaġġi konflinġenti bejn il-kliem sabieħ u r-regolamenti iebsa.

Hu qal li jekk infallu l-pajjiż jiffaċċja kaos ekonomiku u spjega d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw in-negozji. Ejjew niftħu n-negozji; m’għandniex nibqgħu magħluqa, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-gvern hu sparpaljat u mhux jerfa’ r-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet li qed jieħu.

Edwin Vassallo qal li se jinfetħu negozji li m’humiex preparati biex jiftħu; liema negozji se jkolhom iħallsu spejjeż biex jiftħu. Qed jissallbu n-nies, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-protokolli huma serji iżda l-Prim Ministru qed jibgħat messaġġ differenti.

Edwin Vassallo qal li l-gvern lanqas bsis wieġeb ittra ta’ numru ta’ negozji li kitbulu dwar is-sitwazzjoni preżenti.