Sigħat wara li l-Prim Ministru rrilaxxa l-miżuri marbuta mal-pandemija, Net News staqsa lil Robert Abela għaliex għażel li jħalli għal kollox barra lit-tobba mill-eżerċizzju ta’ Risk Assessment biex fassal il-miżuri l-ġodda, bil-Prim Ministru jwieġeb li l-assoċjazzjoni tat-tobba, mhumiex it-tobba.
Fil-kummenti li tana qabel il-laqgha tal-Kabinett, Abela insista li ma jistax joqgħod fuq il-pariri tal-MAM ghax qal li ma kienux korretti fuq diversi aspetti tal-effetti tal-pandemija.
Staqsejna wkoll lill-Prim Ministru għaliex waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbar il-miżuri l-ġodda, ma ġiex ippreżentat ir-rapport tar-Risk Assessment li sar u li wassal għar-rilass tal-miżuri. Hawnhekk, Robert Abela farfarha fuq is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
Intant, il-Prim Ministru ta’ pajjiżna, għaldarboħra, reġa’ ħarab minn dibattitu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Quddiem Kastilja it-Tlieta filgħodu Net TV stieden lil Robert Abela għal dibtattitu mal-Kap tal-Oppożizzjoni, iżda minkejja li għall-ewwel insista li hu m‘għandux problema jiddibatti ma’ Adrian Delia, hu naqas, għal darba, tnejn, tlieta, li jaċċetta l-istedina tal-istazzjon.
//= $special ?>