Lokali Saħħa Xjenza u Teknoloġija

Il-PN jifraħ lil Natasha Azzopardi Muscat għall-kariga prestiġgjuza fi ħdan id-WHO

Il-Partit Nazzjonalista feraħ lil Dr. Natasha Azzopardi Muscat li laħqet Direttur tal-Policies u s-Sistemi tas-Saħħa mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa.

Dr. Natasha Azzopardi Muscat hija tabiba, lecturer fil-mediċina u President tal-Assoċjazzjoni Ewropea tas-Saħħa Pubblika. Fi stqarrija l-PN tenna li huwa jemmen li bla dubju dan huwa kapitlu importanti fil-ħajja professjonali tagħha.

Permezz tas-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech u Stephen Spteri Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, l-PN qal li Dr. Natasha Azzopardi Muscat mingħajr dubju se tkun qed tagħmel isem għal pajjiżna fil-qasam mediku dinji, partikolarment f’dan iż-żmien tal-pandemija tal-COVID-19.