Formula 1 Sport

Illum is-sitt anniversarju mill-mewt tal-leġġenda tal-Formula 1 ta’ Jack Brabham

(Ritratt: EPA)

19 TA’ MEJJU 2014

Illum hu s-sitt anniversarju mill-mewt tat-tliet darbiet champion tad-dinja Sir Jack Brabham. L-eks sewwieq Awstraljan miet fl-età ta’ 88 sena u jibqa’ mfakkar bħala dak il-persuna li rebaħ il-kampjonat b’karozza li bena hu stess. Hu rebaħ it-tliet titli tiegħu fl-1959, fl-1960 u fl-1966.

Brabham beda jtellaq fl-Awstralja fl-1948 wara li kien mekkaniku fir-Royal Air Force Awstraljana. Hu mar l-Ingilterra u kkompeta fil-Formula 1 għall-ewwel darba fl-1955. L-ewwel rebħa tiegħu waslet fiċ-ċirkwit ta’ Montecarlo fl-1959, bl-aħħar rebħa tiegħu tkun fl-Afrika ta’ Isfel fl-1970, is-sena meta rtira mill-isport.

Jack Brabham għadu l-uniku sewwieq li ddisinja, bena u saq karozza li biha rebaħ il-kampjonat tad-dinja. Hu kiseb total ta’ 14-il rebħa fil-Formula 1, bl-aħħar waħda tasal meta kellu 43 sena. Wara li rtira, kien biegħ it-tim lil Bernie Ecclestone, bl-isem Brabham jibqa’ fil-Formula 1 sas-snin 90.