Lokali Parlament

Infieq żejjed mill-gvern; oħrajn m’għandhomx għaxja ta’ lejla

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li filwaqt li l-gvern qed jonfoq infieq żejjed hemm faxex ts-soċjetà li m’għandhomx għaxja ta’ lejla.

Fil-parlament Ivan Bartolo kompla li dan hu gvern ta’ attitudni kvallereska u sostna li fuq mistoqsija parlamentari €13.5 miljun ingħataw li persuni u kumpaniji fi tliet snin f’direct orders minħabba l-kultura. Dawn huma marbuta mal-Valletta 18. Ħadd ma jafx għalxiex tħallsu dawn il-flus fejn hemm min ħa €126,000 fi tliet snin u oħrajn ħadu €60,000 u €44,000.

Hemm imbagħad 15,000 li ma jlaħħqux mal-affarijiet bażiċi, 51% tal-ġenituri weħidhom jinsabu f’riskju ta’ faqar u 27% tal-pensjonanti li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Iżda l-importanti li saret l-infjorata fi Pjazza San Ġorġ.

Hu qal li l-gvern mhux jistma’ l-istess lill-kunsilli lokali Laburisti u Nazzjonalisti u appella biex il-kunsilli lokali jkunu trattati aħjar u mhux jingħataw il-fjuri tal-infjorata.

Il-messaġġ rebbieħ tal-PL kien mibni fuq il-meritokrazija tal-indivdwu iżda dan qatt ma twettaq. Kull min deher fil-billboards illum qed jingħataw ir-rigali.

Ivan Bartolo semma’ l-każi ta’ korruzzjoni u qal li dan hu użu ħażin ta’ flus il-poplu għall-użu tal-ftit. L-importanti li bħalissa l-vulnerabbli jinsabu ġewwa bħalissa; tħallux lill-gvern ibella’ iktar il-lixka lill-poplu.