Lokali Parlament

Jeħtieġ appoġġ għall-ġurnaliżmu

Therese Comodini Cachia, PN

id-deputat Nazzjonalista appellat beix f’dan il-mument ikun hemm appoġġ għall-ġurnaliżmu biex dan isalva.

Fil-parlament Therese Comodini Cachi tkellmet dwar il-media u qalet li r-responsabbiltà tal-ġurnalisti hi wkoll li jwasslu informazzjoni fattwali lin-nies biex jippermettu lill-poplu biex jieħu deċiżjonijiet skont dik l-informazzjoni. Min jimpjega lill-ġurnalisti jġorr responsabbiltà qawwija l-istess bħad-deputati; in-naħa l-oħra tal-munità. Il-ġurnaliżmu jrid ikollu mezz kif jikseb l-informazzjoni u kif jippubblikaha b’mod veritier.

Id-deputat azzjonalista kompliet li biex il-ġurnaliżmu f’Malta jkun indipendenti, dan irid jingħata l-għodda meħtieġa fosthom l-aċċess, ir-rispett, l-ambjent u l-mezzi investigattivi.

Hi semmiet in-nuqqas ta’ riżorsi umani u qalet li d-dħul tal-media houses kien milqut mill-COVID 19 minħabba nuqqas ta’ riklami. Iżda d-diffikultajiet m’humeix biss minħabba l-pandemija iżda ilu snin għaleix il-qarrejja bidlu l-metodu kien jaċċessaw l-aħbarijiet. Jeħtieġ li jkun hemm mezzi kif il-ġurnaliżmu jibqa’ jgħix u jiffunzjona għaliex l-ispejjeż qed jiżdiedu.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-miżuri li ħabbar il-gvern minħabba l-COVID 19 huma miżuri ta’ għajnuna iżda dawn ma jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ ħafna minnhom b’konsegwenza ta’ problemi kbar ta’ eżistenza. Il-miżuri għandhom ikunu li ma jkunux arbitrarji, mogħtija trasparenti, li jaċċertaw l-iniepndeza tal-media, jaċċertaw aċċess għall-informazzjoni u jaċċertaw il-verità tal-aħbar.