Lokali Parlament

Jeħtieġ investigazzjoni dwar l-approvazjoni ta’ bini ogħli fl-Imrieħel

David Thake,PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake insista li għandha isisr investigazzjoni serja dwr kif ingħata l-approvazzjoni biex l-Imrieħel iddaħħlet bħala żona li fiha jista’ jsir bini ogħli.

Fil-parlament David Thake semma l-laqgħat li kellu Yorgen Fenech kellu mal-Ministru Michael Farrugia fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ittra li kien bagħat il-Ministru Michael Farrugia biex l-Imrieħel tiżdied mal-lista ta’ bini ogħli. Hu qal li fl-2013 Joseph Muscat bħala Prim Ministru kien żamm ir-responsabbiltà għall-ippjanar u l-ambjent fejn bħala Ministru għall-Ambjent kien inħatar Leo Brincat.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-liġi, kull referenza għall-ministru kienet għall-Ministru għall-Ambjent.

Hu kompla li wara l-laqgħa ma’ Yorgen Fenech, Michael Farrugia kien kiteb ittra lill-Awtorita tal-Ippjanar biex l-Imrieħel tiżdied fil-lista tal-postijiet fejn jista’ jsir bini ogħli. Bħala spjega għal dan Michael Farrugia kien qal li d-deċiżjoni kienet ittieħdet minn kumitat dwar il-policy.

Jirriżulta li l-ewwel darba li l-Awtorità tkellmet dwar l-Imrieħel kien fl-20 ta’ Marzu, 15-il ġurnata wara l-ittra ta’ Michael Farrugia. Għalhekk Michael Farrugia nesa, ried iqarraq jew għamel agħar. Hu semma’ kif Yorgen Fenech hu wieħed mill-imħuħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galziia u kompla li Michael Farrugia ma kienx il-ministru tal-Ambjent iżda ordna lill-Awtorità biex tiżdied l-Imrieħel. B’liema awtorità iddeffes Michale Farrugia?

Id-deputat Nazzjonalista qal li hawn xamma kbira ta’ korruzzjoni u appella lill-Ministru tal-Ambjent biex jara li l-affarijiet isiru sew u jsiru l-investigazzjonjiet sew. Jista’ l-ministru jeskludi li d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-2014 ma kellhiex warajha influenza u atti ta’ tixħim?

David Thake qal li l-ambjent hu ta’ kulħadd u sostna li din hi koabitazzjoni bejn politiċi u negozjati li jkunu moqdija. Hu staqsa x’qed jagħmel il-gvern ta’ Robert Abela u qal li jekk kien hemm negozjanti li ħadmu permesxi bil-ħmieġ, il-permessi għandhom ikunu irtirati.