Lokali Parlament

Jeħtieġ pjan kif jitnaqqsu l-miżuri tal-COVID 19

Claudette Buttigieg,PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat għal pjan kif jitnaqqsu l-miżuri tal-COVID 19.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-PN ppreżenta proposti konkreti biex jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol u ma titkissirx l-ekonomija u n-negozju. Qed inkunu kostruttivi fil-ħidma tagħna, ħidma propożittiva mhux reattiva. L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-abbozz huma biex jiġi assigurat li impjegati ma’ kumpanniji jitħallsu l-pagi dovuta lilhom minn min iħaddimhom ukoll jekk min iħaddimhom ikollu fil-konfront tiegħu mandat ta’ sekwestru.

Hemm studji sħaħ għaddejin bħalissa li juru li l-kriżi tal-COVID-19 hija opportunità biex nisfidaw lilna nfusna, biex nisfidaw il-mod ta’ kif naħdmu. Dawk il-metodu ‘ġodda’ li skoprejna li jistgħu jaħdmu f’din il-kriżi m’għandhomx jitwarrbu jew jiżżarmaw wara li tgħaddi din il-kriżi; hekk biss.

Waqt il-mument straordinarju ta’ talb fi żmien ta’ pandemija fis-27 ta’ Marzu 2020 il-Papa Franġisku qabbel il-pandemija tal-COVID-19 ma’ tempesta li fi kliemu: “…tikxef il-vulnerabbiltà tagħna u dawk iċ-ċertezzi foloz u tal-qoxra li bihom bnejna l-aġendi tagħna, il-proġetti tagħna, id-drawwiet u l-prijoritajiet tagħna. Turina kif ħallejna jorqod u warrabna


għall-ġenb dak li jagħti l-ħajja, iwieżen u jqawwi lil ħajjitna u l-komunità tagħna.” Id-deputat Nazzjonalista kompliet li f’dan iż-żmien ta’ kriżi pandemika u inċertezzi din hi liġi important għaliex qed tipproteġi lill-ħaddiema u d-drittijiet tagħhom.

Hi semmiet is-sekwestru; meta n-negozju jmur ħażin jew meta jkun hemm abbuż u staqsiet kif se nassiguraw li ma jmorrux ħażin in-negozji, speċjalment dawk żgħar? Mhux kemm naqbdu u ngħidu li kollox ward u żgħar, li aħna l-aqwa fid-dinja; l-aqwa fl-Ewropa u li se nillaxkaw il-miżuri kollha imma fil-fatt kemm hija, jew se tkun worth it biex negozji jifthu.

Hi irriferiet għall-hairdressers, beauticians, nail technicians u negozji oħra u qalet li m’hawnx ċarezza biżżejjed u qed tinħoloq konfużjoni. Hemm ukoll diffikultajiet fiċ-ċertifikazzjoni u fil-proċeduri tal-kwalità tal-ilma għaliex dawn huma proċessi diffiċli biex isiru.

Claudette Buttigieg qalet li l-gvern missu ta’ pjan dwar liema ħwienet għandhom jiftħu għliex hemm kontradizzjonijiet dwar kuntatti tan-nies f’diversi postijiet.

Mhux ġust li l-Professur Charmaine Gauci titpoġġa fis-sitwazzjoni li tinsab fiha għaliex wara kollox il-parlment għadda liġi biex Charmaine Gauci tingħata l-poteri meħtieġa. Ħafna ħwienet huma żgħar; imprendituri nisa, negozju tal-familja, fihom jaħdmu ħafna nisa kemm full-time u anki part-time.