Lokali Saħħa

“Jekk is-soċjetà tibqa’ ma tifhimnix ser inbgħatu aktar” – Josef Busuttil

Imfakkar il-Jum Dinji tal-IBD

Jekk is-soċjetà tibqa’ ma tifhimnix ser inbgħatu aktar. Hekk sostna Josef Busuttil, Chairperson tal-Malta Association of Chrons and Colitis fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tal-Inflammatory Bowel Disease.

F’intervista ma’ Net News, Josef Busuttil saħaq li hemm il-bżonn li f’pajjiżna jkun hawn aktar għarfien fuq din il-kundizzjoni.

Josef Busuttil qal li bħala assoċċjazzjoni qed jaħdmu sabiex ikun hawn aktar faċilitajiet għal dawn il-persuni …bħall-bqija tal-pajjiżi Ewropej.

Filwaqt li faħħar it-tobba f’pajjiżna li jaħdmu qatigħ huwa appella sabiex ikun hawn infermiera u psikologi aktar speċjalizzati f’dan il-qasam.

“Bżonn ta’ pjan ċar għall-vulnerabbli għal wara l-imxija”

Fid-dawl tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna, Josef Busuttil saħaq li persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-IBD iridu kemm jista’ jkun iżommu l-attenzjoni.

Josef Busuttil saħaq li ġaladarba l-imxija tasal fi tmiemha l-awtoritajiet għandhom ikollhom pjan ċar għal persuni li bħalissa qed jiġu meqjusa bħala vulnerabbli.

Huwa sostna wkoll li fin-normalità l-ġdida, min iħaddem għandu jieħu in konsiderazzjoni li  fejn jistgħu l-impjegati jibqgħu jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking.